STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR : Se jiġi projbit il-bejgħ ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss
Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR : Se jiġi projbit il-bejgħ ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss

Reference Number: PR212278mt, Press Release Issue Date: Dec 30, 2021
 
Bħala parti mill-isforzi tal-gvern fil-ġlieda kontra s-single-use plastics (SUPs) u f’konformità mad-diskors tal-baġit, Malta se twaqqaf il-bejgħ ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mill-2022. 
 
Malta kienet fost l-ewwel pajjiżi li pprojbixxiet l-importazzjoni ta’ diversi prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mill-1 ta’ Jannar 2021. 
 
Issa l-gvern qed jagħmel pass ieħor billi jipprojbixxi d-distribuzzjoni tal-bejgħ tal-istess oġġetti. 
 
Din il-liġi se taffettwa dawn il-prodotti: pożati u platti tal-plastik, cotton buds, balloon sticks, jablo cups u kontenituri tax-xorb, kif ukoll straws u stirrers. Dan qed isir bħala parti mill-viżjoni tal-gvern biex jissaħħaħ l-ambjent ta’ madwarna, jitnaqqas it-tniġġis fl-ibħra tagħna u titjieb il-kwalità tal-bijodiversità ta’ pajjiżna.