STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR
Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR

Reference Number: PR211058mt, Press Release Issue Date: Jun 03, 2021
 
Il-Ministeru rċieva t-talbiet li s-sidien tal-barrieri għamlu permezz tal-Malta Developers Association (MDA) bil-għan li jerġgħu jiftħu l-barrieri tagħhom għaż-żmien li ġej.
 
Il-Ministeru jfakkar li dan hu settur importanti li jeħtieġ jiġi regolat darba għal dejjem biex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili minn żmien għal żmien.
 
Hu f’dan id-dawl li l-Ministeru qed jevalwa dawn it-talbiet flimkien ma’ numru ta’ bidliet fil-policy biex l-eżitu jkun sostenibbli u ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha konċernati.
 
Dawn in-negozjati se jkomplu fil-jiem li ġejjin.