Navigate Up
Sign In

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR

Reference Number: PR210339mt, Press Release Issue Date: Feb 17, 2021
Il-gvern qed jaħdem f’sinerġija sabiex il-proġetti infrastrutturali ta’ pajjiżna nagħtuhom dehra u estetika isbaħ.
​Bħala gvern, qed naħdmu f’sinerġija sabiex il-proġetti infrastrutturali ta’ pajjiżna nagħtuhom dehra u estetika isbaħ. 
 
Dan ix-xogħol qed isir ukoll mill-Environmental Landscapes Consortium (ELC), li preżentament tħaddem aktar minn 260 ħaddiem f’Malta u Għawdex. 
 
Hekk qal il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia waqt żjara fin-nursery ta’ Wied Inċita fejn irringrazzja l-ħaddiema u l-management tal-ELC tal-ħidma tagħhom favur ambjent urban aktar ħadrani, li qiegħed mhux biss itejjeb l-estetika, iżda jħalli impatt pożittiv fuq s-saħħa mentali tagħna lkoll.
 
“Komplejna għaddejjin bil-ħidma tagħna biex insebbħu l-postijiet ta’ fejn naħdmu u ngħixu, kif ukoll żoni industrijali u proġetti ta’ infrastruttura ta’ pajjiżna. Dalgħodu żort il-ħaddiema ġewwa n-nursery ta’ Wied Inċita, fejn għaddej xogħol ta’ preparazzjoni għall-arbuxelli, pjanti u siġar li ħa jmorru f’dawn il-proġetti infrastrutturali, biex b’hekk ikun hemm sinerġija fix-xogħol kollu li qed isir biex b’hekk inkomplu għaddejjin taħt il-kunċett ta’ grey-to-green u nsebbħu dawn il-postijiet li se nagħtu lill-poplu Malti u Għawdxi fiż-żmien li ġej,” qal il-Ministru Farrugia.